Lokali

CPD u ambulanzi ssejħu fiċ-Ċirkewwa wara ħabta li kienet tinvolvi minibus

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kmieni dalgħodu ssejħu fiċ-Ċirkewwa wara li raġel ta’ 67 sena residenti San Pawl il-Baħar ħabat bil-minibus li kien qiegħed isuq f’ħajt.

L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tat-8:15 am, fi Triq il-Marfa, iċ-Ċirkewwa.

Mill-informazzjoni li għandha din il-kamra tal-aħbarjiet, passiġġiera fl-istess vann kien hemm tmien persuni mill-Bulgarija – sitt nisa u żewġ irġiel.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Aktar tard il-persuni kollha involuti f’dan l-inċident ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.