Il-Qorti tal-Maġistrati kkundannat lil VisMedNet Association Malta tħallas is-somma ta’ €6,000 wara li rriżulta li kienet irċeviet ammont ogħla minn dak li kienet intitolata għalih taħt grant agreement maħruġ mill-Koordinatur Nazzjonali tal-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea. Mill-provi rriżulta li l-assoċjazzjoni kienet ingħatat fondi totali ta’ €60,000 u kienet irċeviet 80% minn qabel, jiġifieri €48,000, skont il-ftehim.
Mill-provi ħareġ li l-assoċjazzjoni kienet irċeviet 80% tal-fondi minn qabel, iżda wara valutazzjoni tal-proġett instab li ma laħaqx il-livell ta’ kwalità meħtieġ, u għalhekk kienet intitolata biss għal 70% tal-ammont totali. Id-differenza ta’ €6,000 kellha tingħata lura.
Il-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-assoċjazzjoni kienet ġiet notifikata bil-proċeduri iżda naqset milli tidher jew tikkontesta l-każ, kif ukoll li kienet ammettiet id-dejn permezz ta’ korrispondenza. Għaldaqstant, ġiet ordnata tħallas l-imsemmija somma flimkien mal-imgħax li jibda jgħodd mill-1 ta’ Novembru 2024 sal-ħlas effettiv, kif ukoll l-ispejjeż tal-kawża.
Din is-sentenza tafferma l-obbligu li kull benefiċjarju ta’ fondi pubbliċi jżomm mal-kundizzjonijiet tal-ftehim u jirritorna kull ħlas li jsir żejjed. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt kkundannat lill-assoċjazzjoni tħallas is-somma ta’ €6,000) flimkien ma’ imgħax applikabbli ta’ 3.5% u 4.5%. Barra minn hekk, ġiet ordnata wkoll tħallas l-ispejjeż tal-kawża
//= $special ?>

