L-Iran hedded li se jirritalja wara li n-Navy Amerikan attakkaw u ħatfu tanker Iranjan, u għadhom ma kkonfermax li se jattendu għan-negozzjati fil-Pakistan biex jinstab ftehim bejnhom u bejn l-Istati Uniti.
L-Istati Uniti interċettaw u qabbdu tanker Iranjan li pprova jgħaddi mill-imblokk tal-portijiet Iranjani mill-Amerikani.
Il-bastiment intlemaħ fil-Golf tal-Oman u wara li l-Amerikani bagħtu twissija lil bastiment Iranjan, dan xorta pprova jgħaddi u l-Amerikani sparaw fuq l-engine room tiegħu u issa l-bastiment qiegħed fil-kustodja tan-Navy Amerikan.
Dan l-aħħar inċident wara li s-Sibt kienet ingħalqet ir-rotta ta’ Hormuz mill-Iran, ma jgħin xejn biex jintlaqħaq ftehim bejn l-Amerikan u l-Iran, anzi jidher li l-affarijiet se jiħraxu għaliex l-Iran hedded li se jirritalja u għadu mhux ċert li se jattendu għan-negozzjati fil-Pakistan li Trump sejjaħ biex jintlaħaq ftehim.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan, Abbas Araghchi, tkellem fit-tul mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Pakistani, Ishaq Dar, biex jikkjarifika l-pożizzjoni tal-gvern tiegħu. Fil-qosor l-Iran jikkunsidra d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jimblukkaw il-portijiet Iranjani bħala provokazzjoni u għalhekk kif is-Sibt l-Iran rega’ għalaq ir-rotta ta’ Hormuz, issa l-Iran mhux beħsiebu jattendi l-laqgħa biex ikun negozzjat ftehim.
Skond it-sit Axios, l-Iranjani jibżgħu li round ieħor ta’ diskussjonijiet huwa biss forma ta’ nassa biex l-Amerikani jattakkaw lill-Iran u jaħsduhom. Intant l-aġenzija uffiċjali Tasnim, li hija qrib il-militar ta’ Teheran, iddikkjarat li l-Iran m’għandu l-ebda intenzjoni li jibgħat id-delegazzjoni tiegħu.
//= $special ?>

