L-awtoritajiet fi New Zealand iddikjaraw stat ta’ emerġenza fil-kapitali Wellington wara l-ammont kbir ta’ xita li niżlet fl-aħħar sigħat – f’riżultat li diversi zoni spiċċa mgħarqa kompletament.
F’Wellington, niżlet mat-tliet pulzieri ta’ xita f’inqas minn siegħa.
Apparti minn hekk, numru ta’ titjiriet li kienu skedati mill-ajruport ta’ Wellington kellhom jitħassru.
It-timijiet ta’ emerġenza qed jassistu wkoll diversi residenti li spiċċaw maqbuda f’darhom. Dan filwaqt li raġel ta’ 60 sena kien rappurtat nieqes.
S’issa, ma kienux rappurtati vittmi kaġun ta’ dan l-għargħar.
//= $special ?>

