Qorti

Raġel arrestat wara suspett ta’ traffikar tal-kokaina f’San Ġiljan

Żagħżugħ ta’ 22 sena wieġeb mhux ħati għall-akkuża ta’ pussess ta’ droga .

Sewwieq ta’ vettura li ġibed suspett ħdejn l-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan nhar il-Ħadd ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ pakkett bid-droga li allegatament kien se jgħaddi lil persuna oħra.

Il-prosekuzzjoni spjegat li uffiċjali tad-Drug Squad li kienu għassa nnutaw karozza li kienet qed tiġbor nies, issuq ftit metri u mbagħad tniżżilhom.

Wara tfittxija fil-vettura u nstab pakkett bid-droga li kien se jingħata lill-passiġġier. Is-sewwieq ġie arrestat fuq il-post.

Fil-Qorti, ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.