Sport

Riżultat memorabbli u ta’ suċċess fil-Blackball

Riżultat memorabbli u ta’ suċċess għall-kontinġent Malti fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball 2026 f’Ġibiltà, fejn it-timijiet nazzjonali kisbu tliet midalji tad-deheb f’kategoriji differenti – kisba unika f’dan l-isport.

L-ewwel suċċess fil-kompetizzjoni individwali tas-seniors fejn Chris Tabone sar l-ewwel plejer Malti li qatt rebaħ din il-kategorija. Fil-finali, Tabone f’partita mill-isbaħ għeleb lill-Iskoċċiż Graham Dunbar bl-iskor ta’ 7-5.

It-tieni midalja tad-deheb waslet mit-tim nazzjonali tal-irġiel immexxi minn Clevion Micallef permezz ta’ Clayton Castaldi, Wayne Pace, Johan Attard, Mevrick Zammit, Miguel Amato, Lydan Debono u Gary
Carr kellu kompetizzjoni perfetta u rebaħ il-kompetizzjoni bla telfa. Il-finali kkonfermat is-superjorità tagħhom, hekk kif Malta għelbet lill-Iskozja.

Sadanittant, it-tielet suċċess wasal mit-tim ta’ taħt it-23 sena mmexxi minn Duncan Edwards u l-plejers Nick Muscat, Nordai Desira, Casdy Vella, Steven Muscat, Chaylon Castaldi u Matthias Debono li komplew juru futur promettenti għall-blackball Malti hekk kif fil-finali għelbu lill-Iskozja 13-8, b’wirja mill-isbaħ minn Casdy Vella.