L-elezzjonijiet fil-Bulgarija se jkollhom implikazzjonijiet sinjifikanti madwar l-Ewropa hekk kif kollox qieħged jindika li Ruman Radev ta’ 62 sena, li kien pilota tal-ajuplani tal-kumattiment huwa r-rebbieħ fl-elezzjonijiet fil-Bulgaria.
F’Jannar, Rumen Radev li huwa l-kap tal-Partit Progressiv fil-Bulgaria niżel minn president sabiex ikun jista’ jikkuntesta l-elezzjoni ġenerali tal-pajjiż u għalkemm ir-riżultati għadhom qed ikunu proċessati, qed joħroġ biċ-ċar li hu ġab il-maġġoranza, b’madwar 45 fil-mija.
Radev huwa ferm il-quddiem mill-partit konservattiv, immexxi minn Boyko Borissov, li s’issa huwa proġettat li ġab madwar 13 fil-mija.
//= $special ?>

