Terremot ta’ qawwa ta’ 7.4 fuq l-iskala richter ħakem in-naħa ta’ fuq tal-Ġappun u wassal għal twissijiet ta’ tsunami u ordnijiet urġenti ta’ evakwazzjoni.
Il-każ seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-4:53pm, ħin lokali.
L-Aġenzija Meteoroloġika Ġappuniża rrappurtat li t-terremot seħħ ftit ‘il barra mill-kosta tal-Ġappun, fl-oċean paċifiku.
L-awtoritajiet wissew li mewġ għoli madwar tliet metri jista’ jilħaq iż-żoni kostali f’temp ta’ ftit minuti biss, u għalhekk appellaw lir-residenti sabiex jevitaw żoni qrib ix-xmajjar u l-baħar.
//= $special ?>

