Sport

Tkompla l-Kampjonat BOV tax-Xitwa tal-waterpolo

Wara l-waqfa minħabba l-impenji tat-tim Nazzjonali fil-Kampjonat tad-Dinja tat-Tieni Diviżjoni – fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq tkompla l-Kampjonat BOV tax-Xitwa.

Mill-Kampjonat Premier:

Valletta Peak Insurance  9   Sirens Build Fitness 24

Rebħa li permezz tagħha Sirens telgħu fir-raba’ post fil-klassifika bi 12-il punt flimkien ma’ Neptunes filwaqt li Valletta sofrew it-tmien telfa minn daqstant partiti.

Sirens rebħu s-sessjonijiet kollha 6 – 4 ; 6 – 0 ; 6 – 2 ; 6 – 3 fejn Andreas Galea skorja 7 gowls, bi tliet gowls kull wieħed Matthew Mifsud, Matthew Sciberras u Nikola Rafailovic. B’żewġ gowls kull wieħed Gabriel Pace, Zerafa Gregory, Kydon Agius filwaqt li b’gowl kull wieħed Mathias Ortoleva u Zach Mizzi.

Għal Valletta Max Zammit skorja erba’ gowls filwaqt li Gerald Sammut, Jacob Sciberras, Daniel Tully, Ken Erdogan u Jake Colombo b’gowl kull wieħed.

Referees : Massimo Angileri u Alessandro Naccari

Neptunes Best Gyms 6  Sliema TechFinity  10

Rebħa li permezz tagħha Sliema saħħew posthom fit-tieni post b’21 punt filwaqt li Neptunes sofrew ir-raba’ telfa biex taqgħu fir-raba’ post flimkien ma’ Sirens.

Wara li l-ewwel sessjoni ntemmet 1 – 1 , Sliema rebħu t-tliet sessjonijiet ta’ wara 3 – 2 ; 4 – 3 u 2 – 0 biex għalqu l-partita 10 – 6 .

Għal Sliema skorja 4 gowls Liam Galea filwaqt li b’żewġ gowls kull wieħed Benji Cachia, Elijah Schembri u Jake Cachia filwaqt li għal Neptunes, Max Lanzon skorja darbtejn u gowl kull wieħed minn Luigi Mallia, Jordan Camilleri, Benji Lewis u Jake Bajada.

Referees : Mark Hendricks u Ronnie Spiteri.