Lokali

Tonio Borg jindirizza attività tal-massa favur il-ħajja fil-Polonja

Tul il-jum tal-Ħadd mal-40,000 persuna ħonqu t-toroq tal-Belt Kapitali Pollakka Varsavja f’messaġġ kontra l-abort u favur il-ħajja.

F’din il-mixja li fiha pparteċipaw numru ta’ NGOs u għaqdiet favur il-ħajja kien hemm ukoll l-eks Kummissarju Ewropew u President tal-għaqda One of Us, Tonio Borg li filwaqt li indirizza l-folla nies preżenti b’diskors favur it-tarbija fil-ġuf li m’għandhiex lehen, iltaqa wkoll mal-President Pollakk Carol Nawrocki.