Żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid indarab gravi wara li kien involut f’argument.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-6:00 pm, fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.
Minnufih il-Pulizija ġew infurmati bl-argument u marru fil-post.
Aktar tard il-ġuvni ttieħu l-isptar Mater Dei b’ambulanza u minn stħarriġ preliminari rriżulta li sofra ġrieħi gravi.
Ġuvni ta’ 18-il sena residenti l-Marsa qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin dwar il-każ.
//= $special ?>

