Tfajla ta’ 21 sena residenti Santa Venera u żagħżugħ ta’ 29 sena li jgħix Ħal Għaxaq indarbu gravi wara li kienu nvoluti f’ħabta bi quadbike CF Moto. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ż-żagżugħa li kienet qed issuq .. tilfet il-kontroll tal-quadbike – bir-riżultat li spiċċaw ħabtu f’ħajt. L-inċident seħħ il-Ħadd, għall-ħabta tal-5:30 pm, fi Triq Daħlet Qorrot, in-Nadur, Għawdex.
Fil-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b ‘rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.


