In-numru ta’ każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2023 ‘il hawn baqgħu jiżdiedu u sal-lum hemm 317-il każ pendenti.
Fis- sena 2020 kien hemm 320 każ pendenti; fl-2021 kien hemm 280 każ pendenti; fis-sena 2022 kien hemm 254 każ pendenti; fl-2023 kien hemm 280 każ pendenti; fis-sena 2024 kien hemm 284 każ pendenti; is-sena l-oħra kien hemm 308 każ pendenti; u din is-sena, fl-2026, preżentement hemm 317-il każ pendenti.
Id-Deputat Nazzjonlista Ivan Bartolo staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela jgħid fil-Palament kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Jirriżulta wkoll li hemm 310 każijiet separati li jirrigwardaw il-każijiet tad-Drydocks, li ġew indirizzati permezz ta’ test cases li ġew trattati quddiem it-Tribunal.
//= $special ?>

