Raġel ta’ 40 sena li jgħix Ħal Qormi, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kmieni dalgħodu kien qiegħed jaħdem fi Triq il-Kaċċatur, f’Ħal Qormi.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li r-raġel inqabad fi trakk tal-ġbir tal-iskart – għalkemm sorsi ta’ Net News qalulna li l-ħaddiem inqabad ma’ skip li kien qed iħott xi skart minnu.
Sfortunatament, hu ġie ċċertifakat mejjet fil-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6am.
Fil-post waslu l-investigaturi flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Forensika li assistew fl-istħarriġ.
Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post
tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.




