Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ li kulħadd għandu jkun trattat b’dinjità u rispett, indipendentement mill-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tiegħu.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Malta Gay Rights Movement, fejn ġew diskussi diversi temi relatati mad-drittijiet u l-ugwaljanza fil-pajjiz, fost ohrajn l-isfidi li qed jiffaccjaw persuni LGBTIQ+ barranin li qed jigu Malta biex ifittxu kenn u protezzjoni minhabba prosekuzzjoni f’art twelidhom minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghhom.
Alex Borg qal li l-PN jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ il-qafas ta’ drittijiet u protezzjoni għal kulħadd, filwaqt li jippromwovi soċjetà aktar inklussiva u ġusta.
Waqt iż-żjara fl-uffiċċji tal-MGRM f’San Ġwann, Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Ugwaljanza, id-Drittijiet Ċivili u x-Xandir Pubbliku Graziella Attard Previ u mill-President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) Jamie Vella.
//= $special ?>

