Lokali

“Inħobbok ħafna” – it-tifel ta’ Jurgen Cassar

“Inħobbok ħafna”.

Hekk stqarr fuq il-media soċjali Shazen Magri, it-tifel ta’ Jurgen Cassar, wara t-traġedja li għaddiet minnha din il-familja.

F’messaġġ emozzjonanti, Shazen qal li għandu dispjaċir kbir li lanqas telefonata ma kellu ċans jagħmillu qabel miet.

“Illum il-ġurnata jiena missier”, kiteb Shazen. “Żomm idejk fuqi minn hemm fuq u ħu ħsieb lili u lil familtli u dak kollhu li xtaqt lilek tagħmel aħjar itfgħu fuqi biex nagħtih lit-tifel”.