Insult fuq l-għalliema.
Hekk qed tiġi deskritta l-Politika Nazzjonali dwar il-Homework li tħabbret fl-aħħar jiem mill-Ministru Clifton Grima – policy li nislet sens kbir ta’ rabja fost l-għalliema li qed jaraw din il-proposta bħala impożizzjoni fuqhom.
Kien il-Ministru tal-Edukazzjoni nnifsu illi ħabbar li l-homework se jiġi adattat skont l-età tat-tfal, u li dan ikun ibbażżat fuq il-kwalità u mhux il-kwantità.
Diskors li ma niżel xejn tajjeb mal-għallema illi saħqu li huma qatt ma taw homework għal xejn u mingħajr raġuni.
B’uħud mill-għalliema jgħidu li dan l-indħil fuq kemm l-għalliema għandhom jagħtu xogħol lill-istudenti huwa l-istess bħal meta pazjent jgħid lit-tabib x’ghandu jagħti mediċina.
Fuq Facebook kien hemm ruxmata ta’ kummenti għal din l-aħbar b’uħud jgħidu li l-għalliema vera ma jiġux tratati ta’ professjonisti. Perusna oħra kitbet li l-Ministru u d-Direttur Ġnerali fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni Jude Zammit qed jitkellmu fuq l-għalliema b’mod dispreġġjattiv immens hekk kif huma qatt ma taw il-homework għal xejn b’xejn.
B’għalliem ieħor jgħid li l-għalliema jagħtu l-homework biex l-istudenti jissaħħu aktar dwar dak li jkun ġie spjegat fil-klassi. Bl-istess persuna tteni li huma profesjsonisiti – li jafu x’qed jagħmlu u li jifhmu f’xogħolhom.
Grima ħabbar li se jkun hemm erba’ tipi ta’ homework: il-Prattika, biex tikkonferma dak li l-istudenti tgħallmu fil-klassi; l-Esplorazzjoni, biex l-istudenti jesploraw suġġetti ta’ interess lil hinn mill-kurrikulu; l-Applikazzjoni, biex l-istudenti jużaw dak li tgħallmu fil-ħajja reali; u l-Integrazzjoni, li jgħaqqad diversi suġġetti flimkien. Intqall ukoll li din il-politika hija riżultat ta’ djalogu estensiv mal-edukatturi.
L-istess kummenti taħt din l-aħbar juru li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mal-għalliema. B’uħud jistqasu għalfejn l-għalliema dejjem isiru jafu mill-media dwar it-tibdil fis-settur tal-edukazzjoni, u mhux minn xi komunikat uffiċjali jew konsultazzjoni.
//= $special ?>

