Futbol Sport

Inter fil-finali wara rimonta kontra Como

F’San Siro rimonta minn Inter kontra Como meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2 wara li kienu marru żewġ gowls minn taħt. Kienu Como li fetħu l-iskor wara 32 minuta minn Martin Baturina qabel kien Da Cunha li rdoppja l-iskor fit-48 minuta. Minkejja dan Inter naqqsu d-distakk fid-69 minuta minn gowl ta’ Hakan Calhanoglu qabel kien l-istess plejers li ġab l-iskor indaqs fis-86 minuta għal 2-2. Biex imbagħad fid-89 minuta kien Petar Sucic li minn pass ta’ Halcanoglu kkonklua fix-xibka u tefa’ lill-partitarji ta’ Inter f’dillirju ta’ ferħu għal finali kontra Lazio jew Atalanta.