Lokali

Jurgen Cassar huwa l-vittma li tilef ħajtu dalgħodu f’Ħal Qormi

Diversi ħbieb ta’ Jurgen Cassar qas jistgħu jemmnu l-aħbar li qraw dalgħodu, meta ħarġu d-dettalji tal-inċident traġiku li seħħ f’Ħal Qormi – inċident li ħasad il-ħajja ta’ dan ir-raġel ta’ 40 sena.

Jurgen Cassar, magħruf bħala “tal-Fieres”, kien ilu snin jagħmel dan ix-xogħol. U l-aħbar tal-mewt tiegħu nisslet sens kbir ta’ dieqa fost il-komunità Qormija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li r-raġel inqabad fi trakk tal-ġbir tal-iskart.

Sfortunatament, hu ġie ċċertifakat mejjet fil-post.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6am.

Fil-post waslu l-investigaturi flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Forensika li assistew fl-istħarriġ. Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.