Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ikkonfermat is-sentenza fil-konfront tal-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jimmy Magro li kien ikkundannat 4 snin u 8 xhur ħabs wara li nstab ħati ta’ korruzzjoni.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell innotat li l-piena mogħtija mill-Ewwel Qorti taqa’ fil-parametri tal-liġi u ma hemm xejn x’jiġi ċensurat fiha. Il-Qorti żiedet li minkejja l-fedina netta u l-eta’ tal-Magro, l-imputazzjonijiet ġew ippruvati sal-grad rikjest.
Jimmy Magro kien instab ħati mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li meta kien konsulent tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL), kien talab €25,000 lil Victor Bonello. Dan wara li dan il-kuntrattur tefa’ offerta dwar makkinarju għall-ġbir tal-iskart.
L-Imħallef Scerri Herrera minn naħa tagħha ċaħdet l-appell ta’ Jimmy Magro u kkonferma is-sentenza tal-Maġistrat Doantella Frendo Dimech.
Din is-sentenza tfisser ukoll li Jimmy Magro sar l-ewwel uffiċjal tal-Labour li fl-istorja moderna ta’ pajjiżna spiċċa kundannat il-ħabs.
//= $special ?>

