“L-intrapriżi żgħar u medji huma mutur ekonomiku importanti f’pajjiżna u għalhekk irridu nkomplu nagħtuhom l-appoġġ kollu li għandhom bżonn sabiex ikomplu jinvestu.”
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg hekk kif it-Tlieta filgħodu mar idur il-mekkaniks, l-isprayers, panel beaters kif ukoll mastrudaxxi fiz-zona Industrijali tal-Mrieħel fejn wassal il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għall-intrapriżi żgħar u medji.


Matul din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ma’ diversi ħaddiema li lkoll spjegawlu x-xogħol li jagħmlu hawnhekk jum wara l-ieħor dan apparti li tkellmu wkoll fuq l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom.
Infatti ħafna mill-ħaddiema tkellmu fuq il-fatt li qed isibuha diffiċli biex isibu l-ħaddiema dan hekk kif ħaddiema li jagħmlu x-xogħol bl-idejn dejjem qed jonqsu. Dan apparti l-fatt li kien hemm numru ta’ ħaddiema oħra li esprimew r-rabja tagħhom għall-fatt li Gvern Laburista baqa m’għamilx it-trakka meta sena wara l-oħra qed ikompli jwiegħed li dan il-proġett se jsir.
Oħrajn ilmentaw ukoll li f’din iz-zona industijali nbnew l-appartamenti matul is-snin li għaddew bil-konsegwenza li dawn il-ħaddiema mhux dejjem qed jitħallew jaħdmu b’mod liberu.






Għaldaqstant, f’kummenti ma’ Net News il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg aċċenna li l-intrapriżi żgħar u medji huma mutur ekonomiku importanti f’pajjiżna u għalhekk irridu nindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom.
Għal din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Minister Ivan Castillo, mill-kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss Duncan Borg Myatt kif ukoll mill-President tal-Forum SMEs tal-Partit Nazzjonalista Julian Galea.
//= $special ?>

