Sport

Ma tinbidilx is-sitwazzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-MAFA

Meta tkompla l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association is-sitwazzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika ma nbidlitx wara li l-partita prinċipali bejn Għaxaq Wolves u Valletta St Paul’s intemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.

Fl-istess waqt Senglea Gunners irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Valletta Stars St Dominic 5-2.

San Ġiljan Saints inqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni hekk kif għelbu lil San Ġwann Pro Evolution Academy 2-1 f’partita miftuħa għal kull riżultat.

Fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, Birżebbuġa St Peter’s AFC telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Ħamrun Sporting 2-1.

Fl-istess waqt, Swieqi United komplew bis-serje pożittiva fejn iddominaw u għelbu liċ-champions tal-ewwel round Attard Edex Kings 7-1.

Gowl uniku ta’ Brayan Olay Vargas kien biżżejjed sabiex Gudja Wanderers jegħlbu lil Naxxar Victorians.

Fil-Klassifika tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni :

Għaxaq Wolves – 27 punt; Valletta St Paul’s – 21 punt; Senglea Gunners – 20 punt; Marsa St Michael – 19-il punt; Valletta Stars – 18-il punt; San Ġiljan Saints – 13-il punt; San Ġwann Pro Ev – 12-il punt; Balluta Barracudas – 3 punti.