Lokali Parlament

L-ispeaker jikkonferma ksur ta’ privileġġ kontra d-deputat Adrian Delia

F’ruling mgħoti llum l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia sab li persuna li bagħat messaġġ lid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia kien ħati ta’ intimidazzjoni u theddid.

Fis-seduta tat-Tnejn li għadda, d-Deputat Nazzjonalista kien talab ruling mill-Ispeaker wara messaġġ li kien irċieva mingħad sieħeb ta’ ambaxxatur Rosianne Camilleri wara laqgħa tal-Kumitat Parlamentari li għaliha kien ipparteċipa Adrian Delia. Jirriżulta li l-eprsuna li bagħat dan il-messaġġ lil Adrian Delia hu Anthny Debono. L-għada tal-laqgħa Delia kien rċieva messaġġ mingħand il-partner ta’ Camilleri li kien wieħed ta’ theddid. Għalhekk Adrian Delia talab lis-Sedja biex tieħu passi dwar ksur ta’ privileġ fil-konfront tal-persuna li bagħat il-messaġġ.

Fir-ruling tiegħu l-Ispeaker qal li kien ra l-messaġġ li rċieva Adrian Delia u saret taf min hu l-persuna wara l-messaġġ, li partijiet minnu nqraw mill-Ispeaker fir-ruling. Hu kkwota r-regoli tal-Kamra u qal li dan hu każ li hu każ ta’ theddid serju u intimidazzjoni fil-konfront ta’ Adrian Delia fix-xogħol parlamentari tiegħu.

Is-Sedja qalet li min bagħat il-messaġġ kien ħati ta’ ksur ta’ privileġġ u ordnat li l-persuna jkun informat li jekk ikun hemm irtirar totali tal-messaġġ, is-Sedja tkun lesta tirrevedi d-deċiżjoni tagħha.