Jitħabbru r-riżultat tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2026, bil-Kummissjoni Nar San Pietru fil-Ktajjen, ta’ Birżebbuga tirbaħ dan il-Festival.
Ir-riżultat hu dan:
Rebbieħa (overall) tal-Festival: Kummissjoni Nar San Pietru fil-Ktajjen – Birżebbuga
Rebbieħa Kategorija 1 – Raddiena Mekkanizzata tal-Katina:
Kamra tan-Nar San Filep, Ħaż-Żebbuġ – Għaqda Każin Banda San Filep
Premju ta’ Mertu – Kategorija 2 – Raddiena Mekkanizzata tal-Universal:
Għaqda Piroteknika San Pawl Safi
Rebbieħa Kategorija 3 – Raddiena Mekkanizzata 2D:
Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar, A.D. 2012
Rebbieħa Kategorija 5 – Raddiena Mekkanizzata tal-Funtani tal-Kulur:
Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa
Premju ta’ Mertu – Sportsmanship Award:
Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar
Il-Kunsill Lokali Floriana jirringrazzja lill-kmamar kollha li pparteċipaw, kif ukoll lill-Għaqda Piroteknika Maltija, lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Valletta Waterfront.
Preżenti għall-preżentazzjoni kien hemm is-Sindku tal-Floriana Nigel Holland, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Kunsillier Dale Cachia, flimkien ma’ Stanley Azzopardi mill-Għaqda Piroteknika Maltija.
//= $special ?>

