Internazzjonali Lokali

Sena mill-mewt ta’ Francis Zammit Dimech u l-Papa Franġisku

Bħal lum sena miet Dr. Francis Zammit Dimech, figura ewlenija fil-politika Maltija, li miet fil-21 ta’ April 2025 fl-età ta’ 70 sena. Huwa kien elett fil-Parlament ta’ Malta għall-ewwel darba fl-1987 u rrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista għal aktar minn tliet deċennji.

Matul il-karriera tiegħu okkupa diversi karigi ministerjali, fejn kien responsabbli minn oqsma bħat-trasport, il-komunikazzjoni, l-ambjent, l-infrastruttura, it-turiżmu, il-kultura u l-affarijiet barranin. Wara li rtira mill-politika nazzjonali fl-2017, serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew sal-2019.

Fis-snin ta’ wara kien ukoll lettur fl-Università ta’ Malta u serva bħala Aġent President ta’ Malta  

Fl-istess jum qed jitfakkar ukoll l-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Papa Franġisku, li miet fis-7:35 ta’ filgħodu fir-residenza tiegħu Casa Santa Marta. Ħamest ijiem wara sar il-funeral tiegħu u skont ix-xewqa tiegħu ndifen fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma.

Biex tfakkar din l-okkażjoni, se jsiru ċelebrazzjonijiet speċjali li jinkludu rużarju fil-5 ta’ filgħaxija fil-Kappella Pawlina – post li Papa Franġisku kien iżur spiss – segwit minn quddiesa u l-kxif ta’ plakka kommemorattiva li tfakkar ir-rabta speċjali tiegħu mal-ikona ta’ Marija Salus Populi Romani. Papa Franġisku kellu 88 sena.