Team Gaudos temm b’suċċess il-4 Islands Epic fil-Kroazja fejn Stephen Grima u Mario Matulović spiċċaw fl-11-il post fil-Klassifika Ġenerali tal-Masters f’waħda mill-aktar tiġrijiet tekniċi mifruxa f’diversi stadji fid-dinja.
Kompetizzjoni ta’ mountain bike fuq diversi stadji li hija magħrufa għat-terren selvaġġ u wħud mill-aktar niżliet tekniċi u perikolużi f’kompetizzjoni internazzjonali.
Dan ir-riżultat pożittiv inkiseb anqas minn xahar wara li Grima temm it-tieni Absa Cape Epic tiegħu fl-Afrika t’Isfel.
It-tellieqa saret fuq il-gżejjer Kroati, fejn Team Gaudos spiċċa fil-11-il post fil-Klassifika Ġenerali fil-kategorija Masters — riżultat b’saħħtu f’kamp ta’ 53 tim Masters u 195 tim overall.
Id-duo kien bejn it-8 u 9 post għal ħafna mit-tiġrija, iżda l-aħħar jumejn diffiċli — fejn Grima ma kienx f’sikktu u t-tim kellu diversi punctures li wassluhom biex għalqu fil-11 il-post. Minkejja dawn l-isfidi, it-tim spiċċa t-tellieqa sodisfatt bil-prestazzjoni u riżultat miksub.
Id-dinamika bejn it-tim kienet kruċjali għar-riżultat. Grima u Matulović ħadmu tajjeb flimkien matul l-istadji, żammew pass ma’ kompetituri b’saħħithom fejn l-għarfien profond tar-reġjun minn Matulović għen bil-bosta.
Wara l-4 Islands Epic Grima qed jiffoka fuq l-isfida li jmiss: l-Andorra Epic Pyrenees, fejn se jikkompeti fil-kategorija Mixed flimkien ma’ Diana Muscat. L-edizzjoni ta’ Andorra toffri rotta li tinbidel kull sena u tikkonsisti b’aktar single tracks, telgħat iebsa, u esperjenza fil-Pirinej.
//= $special ?>

