Sorveljanza f’San Ġiljan b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’
26 sena residenti iż-Żurrieq u raġel ta’ 23 sena residenti l-Isla.
Huma nstabu fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga.
Waqt rondi li saru dalgħodu, il-Pulizija nnutaw l-irġiel waqt kienu f’Toyota Vitz jaġixxu b’mod
suspettuż.
Huma twaqqfu fi Triq Portomaso, saret tfittxija u instabu sustanzi suspettati kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti u diversi mowbajls.
L-irġiel qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana, filwaqt li linvestigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

