Tmintax-il student ġew inklużi fil-Lista tad-Dekan tal-Fakultà tal-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta, li l-Bank of Valletta huwa kburi li ilu jisponsorja sa mill-bidu tagħha 30 sena ilu. Dan ir‑rikonoxximent jingħata lill-istudenti li jiksbu riżultati akkademiċi eċċellenti, inklużi gradi ‘A’ f’mill‑inqas 80 kreditu, matul l‑ewwel sentejn tal‑kors tagħhom. L‑istudenti ngħataw ċertifikat kommemorattiv u għotja finanzjarja mill‑Bank.
Filwaqt li feraħ lill‑istudenti f’isem il‑Bank of Valletta, Charles Azzopardi, Head of CSR, Events & Business Alliances, qal li huwa unur għall‑Bank li ilu jappoġġja din iċ‑ċerimonja ta’ premjazzjoni b’mod kontinwu sa mill‑bidu tagħha. Huwa żied jgħid: “L‑appoġġ fit‑tul tagħna għal-Lista tad‑Dekan jirrifletti l‑impenn kontinwu tal‑Bank favur l‑edukazzjoni u l‑eċċellenza. Permezz ta’ inizjattivi bħal dan l-isponsorship, il‑Bank qed ikompli jagħti kontribut sinifikanti lill‑komunitajiet li jaqdi.”
Waqt iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, il‑Professur Dominic Fenech, Dekan tal‑Fakultà tal‑Arti, spjega kif il‑kriterji eżiġenti jfissru li l-istudenti eċċellenti biss jistgħu jiġu inklużi fil‑Lista. Huwa nnota li l‑istudenti ma kinux qed jikkompetu bejniethom, iżda kienu qed jissodisfaw sett ta’ kriterji oġġettivi, u osserva kif in‑numru ta’ studenti li jikkwalifikaw biex jidħlu f’din il‑Lista żdied matul is‑snin, xhieda tal‑kwalità tal‑istudenti tal‑Fakultà. Huwa nnota wkoll li d‑distribuzzjoni ġeografika tal‑istudenti tindika li l‑aħjar studenti mhux neċessarjament ġejjin miż‑żoni li huma meqjusa bħala l‑aktar prosperi.
L‑istudenti li kkwalifikaw biex jiġu inklużi fil‑Lista tad‑Dekan 2026 huma:
- David Attard – B.A. Ingliż u Malti
- Lucienne Romina Binot – B.A. Studji tal‑Komunikazzjoni u Psikoloġija
- Hale Bonello – B.A. Franċiż u Ġermaniż
- Estella Camilleri – B.A. Psikoloġija u Soċjoloġija
- Judy Cordina – B.A. (Unuri) Filosofija mal-Ġeografija
- Samuel Cedric Farrugia – B.A. (Unuri) l‑Istorja Ewropea u Globali mar‑Relazzjonijiet Internazzjonali
- Nina Galea – B.A. (Unuri) l‑Istorja tal‑Arti mal‑Psikoloġija
- Gaia Grima – B.A. (Unuri) Fine Arts mal-Istorja tal‑Arti
- William Warren Levy – B.A. (Unuri) l‑Istorja Ewropea u Globali mar‑Relazzjonijiet Internazzjonali
- Catherine Limbada – B.A. Psikoloġija u Soċjoloġija
- Nathan Anthony Pace – B.A. (Unuri) Malti mal-Lingwistika
- Daria Ponomarova – B.A. (Unuri) Relazzjonijiet Internazzjonali mal‑Istudji tal‑Komunikazzjoni
- Marco Porsella Flores – B.A. (Unuri) l‑Istorja mal‑Istudji Umanistiċi
- Shaun Michael Portelli – B.A. (Unuri) l‑Istudji tal‑Mużika mal‑Franċiż
- Matthew Pulis – B.A. (Unuri) Filosofija mal‑Psikoloġija
- Anneleize Emily Strauss – B.A. (Unuri) Relazzjonijiet Internazzjonali mal‑Istudji tal‑Komunikazzjoni
- Adam John Vassallo – B.A. (Unuri) l‑Istorja Ewropea u Globali mar‑Relazzjonijiet Internazzjonali
- Maria Wróblewska – B.A. (Unuri) l‑Istorja tal‑Arti mal‑Psikoloġija


