Residenti u negozji f’Tas-Sliema reġgħu qed jirrappuraw aktar każijiet ta’ drenaġġ li qed ifur fil-baħar. Dan hekk kif il-Gvern donnu għadu ma sabx tarf ta’ din is-sitwazzjoni tant inkwetanti.
Kmieni filgħodu, Net News irċieva diversi rapporti miz-zona ta’ Qui-si-sana fejn kien hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ fiz-zona.
Oħrajn qalulna li raw drenaġġ ifur lejn il-baħar. Dan wara li fil-jiem ta’ qabel, kien hemm sitwazzjoni simili in-naħa tal-ferries.
Din il-kriżi infrastrutturali qed teskala sena wara l-oħra, anke minħabba l-fatt li s-sistema tad-drenaġġ mhix tlaħħaq maż-żieda enormi fil-popolazzjoni – li saret bla pjan.
//= $special ?>

