Raġel ta’ 76 sena residenti Birżebbuġa, weġġa’ wara li waqa’ waqt li kien qiegħed fuq sellum
f’bitħa ta’ residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-1045am, fi Triq id-Duluri, Birżebbuġa.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura,
fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serji.
Il-Maġistrat Monica Borg Galea, qed tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

