Il-klabb Ingliż Chelsea ħabbru uffiċjalment li temmew l-impjieg ta’ Liam Rosenior bħala kowċ ta’ Chelsea, wara biss tliet xhur li kien nħatar fil-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena.
Fuq post fuq il-midja soċjali, Chelsea rringrazzjawh tas-servizzi u talli dejjem aġixxa b’integrità u professjonalità kbira matul iż-żmien qasir tiegħu ma’ Stamford Bridge.
Din id-deċiżjoni waslet wara perjodu diffiċli ferm għat-tim ta’ Chelsea, wara li sofrew telfa ta’ 3-0 kontra Brighton fl-aħħar logħba, kif ukoll sensiela ta’ ħames telfiet konsekuttivi fil-Premier League mingħajr ma skurjaw gowl.
Rosenior kien sar kowċ ma’ Chelsea fis-6 ta’ Jannar li għadda wara li kellu esperjenza pożittiva ma’ Strasbourg, fejn wassal lit-tim għall-kwalifikazzjoni Ewropea.
Issa, Calum McFarlane se jkun qed jieħu f’idejh fit-tmexxija tal-iskwadra ta’ Chelsea.
//= $special ?>

