Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista huma ċari daqs il-krstall dwar il-fatt li jaqblu mas-sussidju tal-enerġija. U dan, il-Gvern ta’ Robert Abela jafu sew.
Fil-fatt f’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ mill-Ministri tal-Gvern Miriam Dalli u Clyde Caruana, il-Labour stess spiċċa kkonferma li l-Kap tal-PN mhux kontra s-sussidji tal-enerġija – dan għamlu bil-clips li intwerew waqt il-konferenza, li saret fil-Parlament.
Imbgħad, meta kienet mistoqsija minn Net News biex tgħid meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa kontra is-sussidju, il-Ministru Miriam Dalli fil-fatt naqset milli tagħmel dan.
Għalhekk il-Partit Nazzjonalista insista mal-Gvern biex minflokk jintilef fin-negattività u l-politika tal-biża’, isib s-soluzzjonijiet għall-problemi li ħoloq hu stess. Għax fl-aħħar mill-aħħar dan hu dak li jistennew mingħandhom il-familji Maltin u Għawdxin.
Intant, meta pressat minn Net News dwar id-deal għall-provvista tal-gass, Ministru Dalli qalet li ma tafx meta se jiġu konklużi n-negozjati. U fid-dawl ta’ dan kollu l-Ministru Dalli lanqas ma riedet tammetti li d-deal li għandu l-Gvern bħalissa jiskadi fi żmien ftit xhur.
//= $special ?>

