“Gvern ġdid Nazzjonalista jkompli jkun ta’ sostenn għall-kumpaniji billi jtaffi t-toqol tal-isfidi li qed jaffaċċjaw.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg waqt żjara li għamel fil-Head office ta’ Camilleri Group f’Tal-Ħandaq – kumpanija li timporta l-ikel u l-ħwejjeġ.
Camilleri Group għandha numru ta’ kumpaniji fosthom C. Camilleri and Sons LTD , Camilleri & Sons Catering Limited, Camilleri Holidings Limited u timporta wkoll ħwejjeġ għall-ħwienet Mothercare, Matalan, Morgan, Jules, Promod, u Caroll.
Camilleri Group b’kollox għandu 25 ħanut u jħaddem miegħu, 220 impjegat u 70 ħaddiema li jaħdmu fuq barra.
Mal-wasla tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista intlaqa’ mid-diretturi ta’ din il-kumpanija – it-tliet aħwa Tonio, Andre u Joseph Camilleri u c-CEO, George Debono – fejn flimkien magħhom żar il-maħżen fejn jiġi miġbur ix-xogħol li jiġi distribwit lill-ħwienet, id-dolċerija, il-kċina u anke l-uffiċini.
Alex Borg iltaqa’ mal-ħaddiema tal-kumpanijia fosthom dawk li jaħdmu fl-istores u oħrajn li jaħdmu f’setturi bħall-HR, Finance, Marketing u anke sales – fejn seta’ jsegwi mill-qrib il-ħidma li jwettqu ta’ kuljum.
It-tmexxija ta’ din il-kumpanija qasmet miegħu il-viżjoni tagħha u l-ambizzjonijiet li għandha sabiex tkompli tespandi bl-aħjar mod possibbli.







Dan filwaqt li Alex Borg faħħar il-mod ta’ kif tul is-snin – propju minn meta fetħet il-ħanut ta’ Camilleri tal-Ħelu fl-1843 – minkejja l-isfidi, kompliet tiddiversifika bl-akar mod reżiljenti.
Min-naħa tiegħu Tonio Camilleri, li hu wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija, qasam magħna, wħud mill-isfidi li qed jaffaċċjaw bħala kumpanija.


Għal din iż-żjara, Alex Borg kien akkumpanjat mill-Viċi Kap Alex Perici Calascione, mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u mix-Shadow Minister Adrian Delia.




