Aktar minn ġimgħa ilu, Anton Refalo stieden lil Net News sabiex naraw d-dokumenti kollha relatati mal-villa fil-Qala. Iżda sallum, għadna mingħajr dokumenti.
Il-verità hi, li aktar minn ġimgħa wara, minkejja li għamilna kif ftehmna u bgħatna numru ta’ e-mails lill-Ministeru, s’issa Refalo għadu ma sabx iċ-ċans sabiex jagħmel appuntament; wisq inqas rajna dawn id-dokumenti.
Ma’ Net News kemm il-Ministru Refalo kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela kkonfermaw li l-kirja ta’ Anton Refalo ntemmet fl-2018.
Dan filwaqt li l-istess Prim Ministru kkonferma li Anton Refalo ilu ma jħallas kera 8 snin sħaħ.
Intant, fatt kurjuż li ċertament ikompli jqajjem suspetti serji b’rabta ma’ din il-proprjetà fil-Qala huwa l-fatt li kollox qiegħed jindika li l-proprjetarja tal-post, ċertu mara minn Brescia, hija l-istess waħda li kriet il-post lil Refalo…u li ħalliet allegatament joqgħod fl-istess dar lil Totò Riina. Dan minkejja li sa ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru staqsa lill-ġurnalisti x’rabta hemm bejniethom.
Anton Refalo qed jisħaq li mill-proprjetarja ilu ma jisma’ minghandha snin twal, tant li saħansitra ma jafx jekk hux ħajja jew mejta.
Iżda l-fatt jibqa’ li l-Ministru, li issa ilu jiġi elett fil-Parlament sa mill-1987, għadu qed jaħbi d-dokumenti minn din il-kamra tal-aħbarijiet minkejja li wegħdna l-kontra.
Villa li kull ma nafu dwarha hu li allegatament kien joqgħod fiha Totò Riina…u li għal dawn l-aħħar 8 snin Refalo qed jużaha mingħajr ma jħallas ċenteżmu għaliha. Dan filwaqt li l-ġurnalisti tar-Rai qabduh qed idaħħal fiha biċċa opra ta’ arti – fatt ieħor li fih innifsu qed iqajjem ħafna aktar mistoqsijiet.
//= $special ?>
