Sport

Jintemm il-Kampjonat tal-Karting

Intemm il-Kampjonat tal-Karting organizzat mill-Island Karting Club li kien mifrux fuq sitt rounds li bdew minn Novembru tas-sena li għaddiet u li saru fit-trakka La Reve f’ Ħal Far.

Minkejja t-temp varjat li kellhom jħabbtu wicchom il-partecipanti kollha matul dawn ix-xhur,  xorta nkisbu r-riżultati pozittivi mixtieqa.

Fl-aħħar kompetizzjoni tal-istaġun, fil-kategorija Gr3, Kimi Matias Bugeja rebaħ il-finali, filwaqt Cody Darmanin temm fit-tieni post segwit minn Jake Jordan Micallef, Andrei Fenech  ,ZVen Farrugia, Alex
Vassallo, Gabriel Borg, Mathias Abela, Aiden Borg, Lydon Fenech, Zayn Gauci, Gigi Muscat, Julian Wayne Vella.

Fil kategorija Rotax Max Eman Muscat rebah il-finali qabel  Clayton Mizzi ,Glenn Vassallo, Jake Vassallo, Joseph Mifsud. Joelle Desira, Daniel Gauci Mizzi  Jack Bugeja, Sandro Bugeja Johannes Camilleri, Clayton laus Calleja  Alessandro Vella, Luca Tanti, u  Kane Mallia.

Fil klassi OKNJ rebaħ il-finali Dario Mifsud qabel Daniel Abela, Zach Scicluna, Eli Xuereb, Ayrton Jon Tonna, u Luca Barclay filwaqt li l-klassi X30 junior intrebħet minn Kimaya Mifsud qabel Matteo Bartolo,  Jamie Vassallo,  Sebastian Grima  u Hayden Parascandolo.

Fil klassi Lame X30 Senior il-finali ntrebħet minn Kyle Micallef segwit minn Benji Borg Irmea, Timothy Zarb u Mark Anthony Borg.

Eman Muscat, rebah ukoll il Kampjonat Rotax Max Challenge li kien qiegħed isir flimkien ma’ dak ta’ Malta filwaqt li Kyle Micallef rebaħ ukoll il-Kampjonat Lame  Series barrani li wkoll kien qiegħed isir flimkien ma’ dak ta’ Malta.

Ir-rebbieħa kollha ta’ Island Karting Club Malta 2025-2026 huma:

Klassi RotaxMax:   Eman Muscat

Klassi OKNJ:  Zach  Scicluna

Klassi X30 Junior: Sebastian Grima

Klassi X30: Senior Kyle Micallef

Klassi Gr3: Kimi Matias Bugeja