Malta Football Players Association u Floriana se jkunu qed jilagħbu fil-konfront dirett sabiex wieħed minnhom jirbaħ il-Veterans Malta Football Association Premier League fl-aħħar ġurnata ta’ dan il-kampjonat.
Bħalissa l-Malta Football Players Association għandhom 34 punt bi Floriana warajhom bi 33.
Meta ntlagħbet il-ġurnata ta’ qabel tal-aħħar ta’ dan il-kampjonat, b’Malta Football Players Association ikkonfermaw il-potenzjal tagħhom wara rebħa ta’ 10-5 kontra Luxol St Andrew’s.
Jonathan Bondin skorja tliet gowls filwaqt li Aleksandar Ribic u Mark Zammit skorjaw żewġ gowls kull wieħed. Thomas Paris, George Frendo u Stanimir Miloskovic skorjaw gowl kull wieħed .
Luxol skorjaw darbtejn permezz ta’ Dylan Musu u gowl kull wieħed minn Glenn Bonello, Gary Inguanez u Tyron Borg.
Referee kien Gordon Barbara.
Floriana ingħataw walk-over ta’ 3-0 kontra Birkirkara St Helen’s sabiex f’partita oħra mill-istess Kampjonat Hibernians Veterans kisbu tliet punti importanti wara rebħa ta’ 6-4 kontra Gżira Veterans.
Għal Hibernians Luke Satariano u Beppe Antignolo li skorjaw tliet gowls kull wieħed.
Għal Gzira, Kevin Sammut skorja tlett gowls u gowl minn Sebastian Nayar .
Referee kien Paul Apap.
//= $special ?>

