Lokali

Kriżi fil-Parlament: Robert Abela jispiċċa mingħajr kelliema

Il-Gvern ta’ Robert Abela spiċċa mingħajr kelliema fil-Parlament tant li ilbieraħ stess is-seduta tal-Parlament spiċċat sagħtejn qabel.

Dan wara li l-Gvern ressaq dokument u spiċċa mingħajr kelliema, biex jiddiskutu dwar dan l-istess dokument.

Kien għalhekk li s-seduta tal-Parlament spiċċat fil-17:30.

Barra minn hekk il-Prim Ministru ilu jiem ma jattendi għas-sezzjoni tal-Parliamentary questions.

Mhux hekk biss iżda waqt seduta tal-Kumitat Permanenti Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali, biex tinħattar il-Kummissarju tat-Tfal, attendew biss id-Deputati Ivan Bartolo u Graziella Galea – u lanqas iċ-chairperson ma attendiet.