SDM għal darb’oħra eleġġa l-maġġoranza tal-membri fil-Kunsill Studenti Universitarji.
Mid-disa’ siġġijiet li kienu kkontestati fil-Kunsill, SDM rebaħ 5.
Dawn se jiżdiedu mat-3 kandidati l-oħra ta’ SDM li diġa’ ġew eletti, biex b’hekk in-numru totali ta’ rappreżentanti ta’ SDM fil-KSU jitla’ għal 8 minn 12.
Intant, SDM irringrazzja lill-istudenti kollha li pparteċipaw f’dawn l-elezzjonijiet, kif ukoll lill-kandidati kollha miż-żewġ naħat li ressqu isimhom u offrew il-ħin tagħhom fl-aħjar interess tal-istudenti kollha.
SDM ukoll jawgura wkoll kull suċċess lill-Eżekuttiv il-ġdid tal-KSU u fil-ħidma tagħhom għall-interess tal-istudenti kollha.
//= $special ?>

