Lokali

“Ngħinu lin-negozji jsaħħu l-prodott tagħhom” – Alex Borg

“Kumpaniji bħal Foster Clark huma ċertifikat ċar ta’ suċċess lokali.”

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta żar il-fabbrika tal-Foster Clark f’San Ġwann – kumpanija tal-manifattura tal-ikel, ibbażata f’Malta bi storja li tmur lura għall-1889, meta oriġinarjament twaqqfet fir-Renju Unit minn George Foster Clark.

Mal-wasla tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, intlaqa’ mid-diriġenti tal-kumpanija li dawwruh ma’ waħda mill-fabbriki fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u seta’ josserva mill-qrib kif isiru id-diversi prodotti li toffri Foster Clark u l-proċess li jgħaddu minnu qabel jaslu għand il-konsumatur. Liema prodotti jinkludu custard, jelly, xorb, taħlitiet tad-deżerti, cake mixers, essenzi u food colouring, fost ħafna oħrajn.


Apparti f’Malta, din il-kumpanija għandha manifattura fis-Sawdi u anke fl-Italja u tesporta aktar minn 99% tal-prodotti tagħha lejn 80 pajjiż madwar id-dinja kollha.

F’laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-amministrazzjoni tal-kumpanija qasmet miegħu l-isfidi li qed taffaċċja u l-aspirazzjonijiet li għandha sabiex tkompli tespandi.

F’kummenti lil NET News, Alex Borg tenna kif Gvern ġdid Nazzjonalista, ikompli jkun ta’ sostenn għal kumpaniji bħal Foster Clark, ikomplu jinvestu f’pajjiżna u jkomplu jikbru anke lil hinn minn xtutna.

Min-naħa tiegħu, il-Managing Director, Joseph Busuttil, irringrazzja lil Kap tal-Partit Nazzjonalista u d-delegazzjoni tiegħu għal din iż-żjara u faħħar l-appoġġ li qed jintwera lejn in-negozji Maltin sabiex ikomplu jespandu.

Għal din iż-żjara, il-Kap tal Partit, Alex Borg kien akkumpanjat mic-CEO tal-Partit Nazzjonalista, Sabine Agius Cabourdin u mix-Shadow Ministers Ryan Callus u Jerome Caruana Cilia flimkien mal-Kandidati tal-PN Jonathan Muscat u Marilena Gauci