Pulizija u ambulanza ssejħu f’San Ġiljan wara li mara ntlaqtet minn trakk.
Il-każ seħħ fi Triq Spinola għall-ħabta tal-10am.
Net News jinsab infurmat li mara ta’ 56 sena minn Ħal Qormi spiċċat feruta wara li ntlaqtet minn dan it-trakk, illi kien qed jinstab minn raġel ta’ 56 sena li joqgħod San Ġwann.
Tobba u infermieri waslu fil-post sabiex jagħtu l-assistenza medika, filwaqt li l-mara ttieħdet l-isptar fejn qed tinżamm taħt osservazzjoni.
Il-kundizzjoni ta’ din il-mara għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>

