Sport

Qormi Daikin huma ċ-champions tal-hockey

Qormi Daikin huma ċ-champions tal-hockey għall-istaġun 2025/26 wara li fl-aħħar partita tagħhom fil-Kampjonat huma għelbu lil White Hart bl-iskor kbir ta’ 10-0.

Il-gowls skorjati erba’ minn Kyle Micallef, Tommy Kok tliet gowls filwaqt li Luke Fsadni, Luke Bajada u Juan Sarcia skorjaw gowl kull wieħed.

Wara l-partita saret il-preżentazzjoni tat-trofew tal-Kampjonat lil Qormi li b’hekk kisbu s-17-il titlu fl-istorja tagħhom.

Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.

Fl-istess waqt Qormi Daikin jinsabu punt biss bogħod milli jirbħu wkoll il-Hockey 7s wara li għelbu lil Floriana Young Stars 6-2.

Għal Qormi, Julian Zahra skorja tliet gowls, Wyatt Magri skorja darbtejn flimkien ma’ gowl minn Nicole Zammit.

Joe Ellul Turner u Mark Camilleri skorjaw għal Floriana Young Stars.

Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

F’logħba oħra mill-Hockey 7s, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Marsascala Heat 6-2 b’gowls minn David Vella Dingli, Daniel Ellul, Gary Bonnici u Jayden Cutajar filwaqt li għal Zurrieq skorjaw Jerome Carabott u Kyron Carabott.

Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.

Marsascala Heat ġew ikkonfermati bħala ċ-champions fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena minkejja d-draw ta’ 1-1 kontra Floriana Young Stars.

Jan Agius skorja għall-Marsascala filwaqt li Craig Camilleri skorja għal Floriana Young Stars.

Umpires kienu Oscar Toledano u Alessandro Amore.