Ġuvni ta’ 22 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn mutur u van, f’Birkirkara
Il-każ seħħ iIlum, għall-ħabta tas-07:30,meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salib tal-Imrieħel, Birkirkara.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti Mġarr u mutur Benelli Leoncino misjuq mill-vittma; raġel ta’ 22 sena residenti n-Nadur.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

