It-tournament MBA Masters huwa l-iktar tournament ta’ prestiġju tal-Malta Bowling Association fejn fih jipparteċipaw il-plejers lokali kollha ta’ livell għoli. Wara l-ewwel 2 rawnds ta’ kwalifikazzjoni, fejn kellna żewġ logħbiet ta’ 300 punt minn Shawn Montanaro u Mark Spiteri, għaddew 10 bowlers biex jilagħbu l-kwarti finali.
Dawn kienu: Kayden Laganà, Nicolai Mallia, Nicholas Muscat, Matthew Magro, Mikhail Mallia, Cynthia Frendo Duca, Samuel Caruso, Sue Abela, Miguel Xuereb u Tomas Caruso. Dawn tal-aħħar Miguel Xuereb u Tomas Caruso għamlu biss pin aktar minn Danial Swift, 5 aktar minn Tiziana Mifsud Caranannte u 7 aktar minn Mark Spiteri fil-kwalifikazzjoni.
Il-kwarti finali ta’ 5 logħbiet raw lil Laganà jiddomina sabiex spiċċa fil-quċċata, b’medja ta’ 229, segwit minn 2 mill-aħwa Mallia, Nicholas Muscat, Matthew Magro u Tomas Caruso. Il-plejers imbagħad kienu mqassma f’2 gruppi ta’ 3 bowlers .
Fi Grupp 1, Caruso kien l-ewwel li tilef b’żewġ pins biss hekk kif Muscat għamel 205 kontra 203 tiegħu, b’Lagana jagħmel 279. Grupp 2 kien viċin ħafna, hekk kif Nicolai Mallia għamel 193, Mikhail Mallia
192 u Matthew Magro 186. Nicolai Mallia wara għamel 279 biex għele il-202 ta’ ħuh Mikhail filwaqt li Lagana għamel 256 kontra 172 ta’ Muscat.
Fil-finali, iż-żewġ bowlers bdew b’double; madankollu Laganà kien f’forma aħjar u għamel 257 kontra 221 ta’ Mallia biex rebaħ it-titlu Masters għall-2026. Laganà u Mallia se jingħaqdu ma’ Frendo Duca u Muscat Carannante fejn fil-Kroazja se jikkompetu fil-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran.
//= $special ?>

