Lokali

Trasport tal-Massa: Wara erba’ snin, il-Gvern għadu jistudja

Għadna qed nistudjaw jekk sistema ta’ trasport tal-massa tkunx finanzjarjament vijabbli.

Dan qalu l-Ministru Clyde Caruana meta kien qed iwieġeb domandi ta’ Net News barra l-Parlament. Fejn il-Ministru tal-Finanzi nnifsu ikkonferma li wara dawn is-snin kollha, il-Gvern weħel mal-istudji – meta fil-verità, il-Labour kellu wegħda ċara; li jagħmel il-metro.

Iżda din baqgħet biss ħolma fuq l-ixkaffa. U n-nies baqgħu jeħlu fit-traffiku aktar minn qatt qabel.

U waqt li l-Gvern qed jistudja, il-Maltin għadhom qed jaffaċjaw il-kriżi tat-traffiku; jum wara l-ieħor. Filwaqt li l-metro kienet biss stunt ta’ qabel l-elezzjoni – xi ħaġa li l-Labour iħobb jagħmel.

B’kuntrast, il-PN qed ikun ċar man-nies. U Alex Borg qed iwiegħed li jvara proġett ta’ trasport tal-massa mal-ewwel 100 jum minn mindu jiġi fdat bit-tmexxija tal-pajjiż. Biex sal-ewwel leġislatura tkun lesta l-ewwel parti ta’ din is-sistema moderna ta’ trasport, li tant għandu bżonn pajjiżna.