Fl-Italja, fis-Serie A jitfaċċa skandlu ieħor u ġdid li qed jiddominaw l-aħbarijiet sportivi fil-media Taljana. Investigazzjoni qed issir għal ċirku ta’ kriminalità akkużat li sfrutta l-prostituzzjoni fil-futbol Taljan. It-taqsima tal-Pulizija Taljana, tal-0Guardia di Finanza qed tinvestiga madwar 50 plejer tas-Serie A, li fosthom hemm diversi plejers ta’ Milan u Inter, li allegatament kienu klijenti ta’ nisa li jagħtu servizz ta’ eskort.
Erba’ persuni inżammu arrestati fir-residenza tagħhom, akkużati li ffaċilitaw il-prostituzzjoni, ħasil tal-flus, u l-użu ta’ “laughing gas” (nitrous oxide) bħala sustanza rikreattiva.
Iċ-ċirku kriminali kien jorganizza ikliet f’ristoranti lusswżi f’Milan, segwiti minn aktar divertiment f’clubs jew kmamar tal-lukandi. Minn dak li qed jiġi rrapurtat, kollox kien jiġi rreklamizzat fuq Instagram fil-paġna “Made_luxury_concierge”, li hija segwita minn ħafna plejers tas-Serie A. Saħansitra, jingħad li kienu jkunu organizzati vjaġġi lejn Mykonos fil-Greċja.
Minn dak li qed jiġi rrapurtat, fost dawk involuti hemm sewwieq tal-Formula 1 li għamel użu minn dawn is-servizzi, li qed jitqisu bħala skandalużi fl-Italja.
//= $special ?>

