Lokali

Abela jgħid li se jiċċekja l-kuntratt tal-kera ta’ Refalo

Il-Prim Ministru Robert Abela għadu qed jittama li l-ġurnalisti u l-poplu Malti u Għawdxi jinsa l-iskandlu li sab ruħu fih il-Ministru tiegħu Anton Refalo; li qed jokkupa villa fil-Qala bil-veduta tal-baħar, li għaliha ilu ma jħallas kera snin twal.

Fil-fatt, propju ftit jiem wara li ddikjara ma’ dan l-istazzjon li se jkun qed jidentifika min hi s-sid tal-proprjetà, hu tenna li se jkun qed jiċċekja l-ftehim tal-kuntratt. Dan hekk kif id-dokumenti għadhom qed jinżammu moħbija; tant li Net News baqa’ qatt ma kellu aċċess għal dawn is-suppost “provi” li juru kif saret din il-kirja – l-istess villa li fiha għamel żmien jgħix il-kap tal-mafja Toto Riina.

Intant, Robert Abela kompla jattakka l-ħidma investigattiva tal-ġurnalisti dwar din l-istorja ta’ Anton Refalo, fejn iddikjara li l-istorja hija waħda redikola.