Numru ta’ persuni jinsabu f’periklu li jitilfu ħajjithom wara ħabta bejn żewġ ferroviji f’zona lejn il-majjistral ta’ Kopenhagen; il-belt kapitali Daniża.
Fl-inċident talanqas ħamsa weġġgħu kritikament filwaqt li numru mhux determinat ta’ passiġġieri sofrew feriti anqas gravi.
Il-ferroviji kienu qed jivvjaġġaw minn rotta li tgħaqqad l-ibliet ta’ Hillerød and Kagerup lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Zealand, li hi l-akbar gżira fid-Danimarka.
Mifhum li kien hemm l-għexieren tal-passiġġieri fuq iż-żewġ ferroviji, bl-awtoritajiet jibdew minnufih l-investigazzjonijiet dwar x’wassal biex il-ferroviji jaħbtu ma’ xulxin ‘head-on’.
Dritt wara l-inċident bdew jaslu wkoll l-ambulanzi tal-ajru fiz-zona li wasslu lill-aktar persuni midruba serjament lejn l-eqreb sptarijiet.
//= $special ?>

