Aktar pazjenti qed jilmentaw mill-ħin eżaġerat li qed jistennew f’Mater Dei sabiex jinqdew. Dan minħabba immaniġjar ħażin, u minħabba l-fatt li l-Gvern baqa’ ma nvestiex fis-settur tas-saħħa.
Matul dan il-lejl, persuna partikolari spjegat kif ommha – li hi anzjana ta’ 86 sena – kienet ilha minn waranofsinhar biex tinqeda. Dan wara li ġarrbet daqqa f’rasha.
“Mis-2pm, u għadna nistennew”, kitbet din il-mara. “Inkredibbli, issa saru l-4:12am”.
Din is-sitwazzjoni żgur li mhix waħda iżolata, hekk kif jum wara l-ieħor aktar persuni qed jilmentaw bl-iffullar li qed ikun hemm f’Mater Dei, u li qed jitfa’ pressjoni fuq it-tobba infushom u fuq l-infermieri.
//= $special ?>

