Tieni leg tat-tieni semifinali tal-Coppa Italia:
Atalanta 1 Lazio 1
Se jkunu Lazio li jilagħbu l-finali tal-Coppa Italia kontra Inter wara li f’Bergamo minn aggregate ta’ 3 – 3 għaddew 2 – 1 wara l-għoti tal-penalties.
Wara li l-ewwel taqsima kienet nieqsa minn azzjonijiet, fil-65 minuta gowl ta’ Ederson għal Atalanta ma kienx ikkonvalidat bil-VAR. Fl-84 minuta minn cross ta’ Mattia Zaccagni kien ALESSIO ROMAGNOLI li għeleb lil Marco Carnesecchi b’Lazio fil-vantaġġ.
Żewġ minuti wara l-iskor sar 1 – 1 permezz ta’ MARIO PASALIC li minn azzjoni ta’ Kristovic għeleb lil Edoardo Motta. Minuti wara kien Scamacca li laqat il-lasti għal Atalanta minn azzjoni ta’ Zappacosta
li wara kellu wkoll gowl mhux ikkonvalidat bil-VAR.
Bil-partita tmur għal għoti tal-penalties wara li Raspadori skorja għal Atalanta u Tavares u Castaldi fallew għal Lazio, Scamacca, Zappacosta u Pasalic fallew għal Atalanta. Isaksen u Taylor skorjaw għal Lazio biex l-aħħar penalty mogħti minn Charles de Ketelaere kien salvat minn Edoardo Motta b‘Lazio jgħaddu għal finali 2 – 1 .
//= $special ?>

