Sport

Livell għoli ta’ logħob ta’ golf

Ir-Royal Malta Golf Club organizza t-tieni kompetizzjoni ewlenija tal-istaġun, il-Laferla Wedgwood Trophy, kompetizzjoni li ilha tintlagħab mill-1992.

L-avveniment attira aktar minn 100 golfer b’punteġġi għolja miksuba matul il-jumejn ta’ logħob fi klima tipiku tar-rebbiegħa.

Fl-ewwel jum, Denis Baltzis kien konsistenti b’round impressjonanti ta’ 7 taħt il-par, segwit mill-qrib minn Andrew Naudi b’-6 u Pontus Kinder b’punteġġ ta’ -5, biex il-klassifika baqgħet miftuħa u kompetittiva qabel it-tieni jum.

Fit-tieni jum, il-livell ta’ logħob baqa’ għoli, bil-plejers ikomplu jissieltu għall-ewwel postijiet. Avnish Dahl kellu wirja mill-aqwa, filwaqt li Panos Baltzis ukoll impressjona b’5 taħt il-par, u naqqas id-distakk minn ma’ ħuh Denis Baltzis . Kien hemm ukoll wirjiet notevoli mill-plejers żgħażagħ Moss Kiberu ta’ 10 snin u Alex Ganado ta’ 12-il sena, it-tnejn b’rawnds ta’ 3 taħt il-par.

Wara jumejn ta’ kompetizzjoni, ir-rebbieħ ġenerali ġie determinat mill-iktar skor baxx komplessiv. Avnish Dahl ħareġ rebbieħ b’total ta’n9 taħt il-par, segwit minn Denis Baltzis fit-tieni post fuq 8 taħt il-par u Panos Baltzis fit-tielet post fuq 7 taħt il-par.